Filmat: Federica u Ludwig b’video mużikali ġdid għall-Milied

Il-kantanti Ludwig u Federica nedew kanzunetta ġdida tal-Milied bl-isem Alla jberikna.
Jakkumpanja l-kanzunetta hemm ukoll filmat.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt Luke Borg li kien id-direttur tal-filmat spjega l-ħsieb tal-filmat: “Flimkien ma’ Federica u Ludwig ħrigna bil-kunċett tal-vidjo. Ridna xi ħaga sempliċi pero b’viżwal sabiħ. Għalhekk morna għal żewġ postijiet differenti pero li jikkumplimentaw lil xulxin. It-Teatru Manoel, li jmur ħafna mal-ġeneru tad-diska ‘Alla Jberikna’ u fi knisja biex noħorġu l-element tal-Milied.”
Il-kanzunetta se tkun fic-cd Ħelu Bambin 2 li se tinkludi ġabra ta’ għanjiet tal-Milied. L-awtur tal-kanzunetti Fr. George Ocar Buttiġieġ spejga li c-cd se toħroġ dalwaqt b’riżq id-Dar tal-Providenza f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tagħha. L-arranġament mużikali tal-kanzunetta Alla jberikna sar minn Andrew Zammit.