Filmat: Fearne jserraħ moħħ il-ġenituri dwar it-tilqima 5-in-1

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li t-tilqma tal-5-in-1 mhix out of stock f’Malta.

Ma’ Newsbook.com.mt Fearne qal li din it-tilqima li tingħata lit-trabi kellha stocks f’livelli baxxi internazzjonalment. Qal li Malta li bilfors trid timporta din it-tilqima kienet mgħarrfa bis-sitwazzjoni u għamlet ċert li jitqassam l-istock kull fejn ikun hemm bżonn.

Fearne qal li llum stess daħal stock ieħor tat-tilqima li għandu jservi għax-xhur li ġejjin.

L-isem sħiħ tat-tilqima tal-5-in1 huwa “Diphtheria, Tetanus, acellular Pertussis, Polio and Infant Haemophilus type B (DTaP-IPV-Hib) Vaccine”. Din it-tilqima tipproteġi lit-tfal minn ħames mardiet.

Persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt allegat li ftit tal-jiem ilu kien ġie postpost appuntament tat-tilqima għat-tarbija tagħha peress li t-tilqima kienet out of stock. Qalet li l-appuntament ġie skedat għal madwar xahar wara mid-data oriġinali.