Filmat: Fearne bl-aħħar żviluppi dwar it-tarbija bil-meninġite

It-tarbija tat-twelid li fl-aħħar jiem ittieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li mardet bill-meninġite jidher li issa tinsab f’kundizzjoni stabbli. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inniffsu waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Fearne spjega li ż-żewġ każijiet tal-meninġite riċenti, dak tat-tifel ta’ erba’ snin li miet il-Ħadd li għadda u dak tat-tarbija, m’humiex relatati u saħansitra mardu kawża ta’ żewġ mikrobi differenti. Intant offra s-solidarjetà tiegħu mal-qraba tat-tarbija li bħalissa qed tiġi rikoverata l-isptar.

Tarbija tat-twelid bil-meninġite tittieħed l-isptar

Fi stqarrija nhar it-Tlieta, il-Ministeru għas-Saħħa spjega li t-tarbija ġiet affettwata minn baktirja tal-meninġite li taffettwa biss trabi fl-ewwel tliet xhur ta’ ħajjithom, u li f’Malta jkun hawn erba’ każi fis-sena ta’ trabi li jiġu affettwati minn dan il-mikrobu. Il-Ministeru spjega wkoll li m’hawn l-ebda tilqima li wieħed jista’ jagħti lit-trabi tat-twelid kontra din it-tip ta’ meninġite, u din titfejjaq biss permezz tal-antibijotiċi.

Intant, propju l-Ħadd li għadda tifel ta’ erba’ snin tilef ħajtu kawża tal-marda tal-meninġite. Newsbook.com.mt kien tkellem mat-tabiba Tanya Melillo li appellat lill-pubbliku sabiex ma jallarmax ruħu meta jisma’ każijiet simili.

Filmat: Tifel Malti jmut bil-meninġite; “tallarmawx ruħkom”

 

Apparat ġdid għall-kura tal-qalb f’Mater Dei

Fearne qal dan mal-ġurnalisti wara li inawgura apparat ġdid għall-kura tal-qalb.

Dan l-apparat, il-Cardiopulmonary Exercise Test (CPET), huwa apparat li apparti li jiċċekkja l-qalb, jiċċekkja wkol il-pulmun. Dan l-apparat nxtara b’investiment ta’ €100,000, li nofshom ingħataw mill-NGO Beating Hearts.

Filmat: Luke Zerafa