Filmat: “F’daqqa waħda rajt il-Pulizija fl-istudjo” – Gloria Mizzi

Gloria Mizzi

Gloria Mizzi żgur li kulħadd jaf min hi. Ikona fix-xandir Malti.Se nsiru nafu iktar fuqha, fuq karriera ta' 50 sena xandir u x'qed tgħmel bħalissa. ..kos hux, x’sar minnha?

Posted by X'sar minnhom? on Wednesday, February 26, 2020

Waqt il-programm tal-lejla ta’ X’Sar Minnhom? Alisa Pavia se tkun qed tilqa’ lil Gloria Mizzi li se tirrakkonta bosta esperjenzi mill-ħafna li għandha minn karriera ta’ aktar minn 50 sena fix-xandir. Gloria titkellem ukoll fuq każ ta’ djamanti u meta l-Pulizija spiċċaw tfaċċaw fl-istudjo waqt li kienet għaddejja bi programm tagħha.

X’wassal lil Gloria biex tirtira? Se nkunu qed nerġgħu narawha tippreżenta xi programm?

Fuq nota li tnissel tbissima Gloria Mizzi se tistqarr li tħobb tgerger.

Però dawn huma biss ftit minn dak li hija se tkun qed tirrakkonta llejla waqt il-programm X’Sar Minnhom? li jixxandar fuq TVM fl-10.05pm.