Wara waqfa ta’ ġimagħtejn minħabba fil-festi tal-Milied, is-sensiela Fattigi tkompli mil-lejla fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.
X’kien qed jagħmel Laurence jiġri wara Maryanne? Victoria mhux konvinta minn Paul, issa li Edwin tefa’ dawl fuq is-sitwazzjoni. Francis se tissorprendi lil Bertu b’idea dwar Stefan. X’se tkun?
Mandy tinkoraġġixxi lil Mark biex ikellem terapista, u dan għamel appuntament m’ommu biex jara jistax jagħmel użu minn waħda mit-terapisti li hemm il-home.
Maurizio għadu għaddej minn mumenti koroh ħafna, imma fl-aħħar se jiskopri xi ħaġa kbira, X’inhi?
Fattigi għandha kitba ta’ Bryan Muscat fuq produzzjoni ta’ Rewind.