Filmat: Farrugia Portelli tiċħad li qed jingħataw permessi biex bars jibqgħu miftuħin kif allega Azzopardi

Read in English.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li mhux vera li l-bars qegħdin jingħataw liċenzja temporanja bħala restoranti sabiex ikunu jistgħu jibqgħu miftuħin wara l-11pm. Fit-tweġiba lil Newsbook.com.mt, il-Ministru qalet li skont l-informazzjoni li għandha hi din l-informazzjoni hija għal kollox żbaljata

Newsbook.com.mt staqsa din il-mistoqsija lill-Ministru Farrugia Portelli wara li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’kitba fuq Facebook qal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tagħti permessi temporanji lill-bars sabiex ikunu jistgħu jibqgħu joperaw wara l-11pm.

Huwa żied li min jemmen li mhux vera jista’ jmur sa San Ġiljan.