Filmat: “Familji bit-tfal jgħixu f’garaxxijiet taħt l-art”

Marica Cassar, l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni ta’ Caritas Malta rrimarkat li mhix żgħira l-faxxa ta’ persuni, fosthom familji bit-tfal, li qed jgħixu f’garaxxijiet taħt l-art – “bla arja, post fejn normalment iddaħħal karozza u titlaq tiġri”. Żiedet tgħid li qed jonqos l-ispazju ambjentali u li hi weġgħa kbira li tiftaħ il-bieb tad-dar u tħossok qed tifga.

Waqt l-ewwel business breakfast ta’ Newsbook.com.mt, Cassar sostniet li aktar ma nitkellmu fuq it-tkabbir ekonomiku, iktar jikber id-distakk bejn dawk li sejrin tajjeb u dawk li għadhom ma jistgħux jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu nifs. Fissret li hemm min ta’ età żgħira jixtieq jibni familja, imma jsibha impossibbli li jkollu l-proprjetà tiegħu. Marica Cassar spjegat il-frustrazzjoni li jħoss dak li qed jgħix f’pajjiż li ekonomikament sejjer tajjeb, iżda jsibha diffiċli biex jiekol minħabba li dak li jdaħħal ma jservihx.

L-uffiċjal tal-Caritas esprimiet it-tħassib tagħha dwar nuqqas ta’ ppjanar, li fi kliemha qed jirriżulta fi frustrazzjoni globali.  

“L-iffullar u t-tniġġis jaffettwana ħażin fiżikament u mentalment” – Prof. Lauri

Min-naħa tagħha, Prof. Mary Ann Lauri, psikologa soċjali, spjegat li l-ekonomija tiddgħajjef jekk il-ħaddiema ma jkunux f’saħħithom, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Saħqet li l-ambjent li ngħixu fih jinfluwenza l-moħħ u l-aġir tal-bniedem. Prof. Lauri qalet li ma ssib l-ebda riċerka li ma tgħidx li l-iffullar u t-tniġġis li jġib l-iżvilupp jaffettwaw ħażin l-istat fiżiku u mentali tal-persuna.

Filmat: Sarah Salafia

Saħqet li jekk il-ħaddiema ma jkunux f’saħħithom fiżikament u jkunu rrabjati u mdejqin, mhux se jipproduċu u b’hekk tbati l-ekonomija.  “Bejn l-ambjent u l-ekonomija għandek il-ħaddiema”, insistiet.  Irrimarkat li mhux irfinar tal-policies bħalma qal il-Ministru Josè Herrera hemm bżonn, imma reviżjoni radikali.

“Dak li kien tajjeb ilbieraħ mhux bilfors tajjeb illum” – Herrera

Prof. Mary Ann Lauri staqsiet liċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Perit Elizabeth Ellul kif qed tieħu “deċiżjonijiet ħżiena li qed ikissrulna l-ambjent għal ħafna u ħafna snin”. Żiedt tgħid li hi taf lill-Perit Ellul bħala mara tajba.

Minn naħa tagħha, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg saħqet li huwa dritt ta’ kull bniedem li jgħix kwalità ta’ ħajja tajba.

Filmat: Sarah Salafia

Bżonn tkabbir ekonomiku imma mhux a skapitu tal-ambjent – L-Arċisqof

Lesti nwaqqfu l-permessi għal iktar restoranti? – Prof. Torpiano