Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Giovann Tabone u l-preżentatriċi u attriċi Marica Cassar.
Il-qari tal-ġurnata
”Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?”. Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, “Tħobbni?”. U qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok”. Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi. Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid!”.
Imbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja”.
The Hand-Book
Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata u jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.
Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.