Dalgħodu Fabrizio Faniello u Ron Briffa żaru lir-residenti tal-Kalkara biex iferrħuhom fi żminijiet fejn il-poplu Malti qed jintalab jibqa’ d-dar minħabba l-pandemija tal-coronavirus.
Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina (PL) tella’ filmat tal-attività fuq Facebook.
Ilbieraħ iż-żewġ personalitajiet kienu f’Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan.
Il-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan Clayton Luke Mula (PN) kiteb fuq Facebook li lbieraħ il-kantant Fabrizio Faniello u l-preżentatur Ronald Briffa żaru ż-żona Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan. Spjega li din kienet inizjattiva ta’ ALS Malta, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA), u Team.MT.
“Grazzi ta’ din l-inizjattiva u grazzi lir-residenti li pparteċipaw billi mill-gallariji tagħhom xejru l-bnadar Maltin, ċapċpu u anke kantaw mal-mużika,” qal Mula.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.