Filmat: F’Malta jrabbu s-sriep fid-djar

Illum il-knisja qed tiċċelebra l-festa ta' Nawfraġju ta’ San Pawl li ħafna minnha nassoċjaw din il-ġrajja mas-sriep u l-lifgħa. Dan għaliex, kif jirrakkonta San Luqa fl-Atti tal-Appostli “kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma' id Pawlu.”
Fl-intervista ta’ Newsbook.com.mt, Sandro li jrabbi ħafna sriep jispjega dwar dawn ir-rettili u kif f’Malta hawn ħafna nies li jrabbuhom.
Spjega li dan il-fenomenu ġie wara li ħafna nies bdew jikru appartamenti bil-kundizzjoni li ma jdaħħlux annimali iżda f’għajnejn il-liġi, is-sriep huma insetti u għalhekk jistgħu jitrabbew fid-djar. B’hekk wieħed jista’ jrabbi s-serp għax hu silenzjuż u fl-istess ħin ma jħammiġx.
Bi tħejjiha għall-jum iddedikat għall-għarfien dwar is-sriep li jitfaħħar fl-1 ta’ Frar, Sandro jappella lil dawk in-nies li jibżgħu mis-sriep li “jekk ma tippruvax, ma titgħallimx”.
L-intervista sħiħa saret minn George Cremona u xxandret waqt il-kwżż T'Għomru Qasir fuq RTK.
Filmat: Reel8 Productions Ltd