Filmat: F’10 xhur ġabru l-flus għal ċentru taż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ tar-Rabat issa għandhom post ġdid li jistgħu jiffrekwentaw, hekk kif fil-jiem li għaddew infetaħ Ċentru ġdid taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tar-Rabat.
L-inawgurazzjoni kienet tinkludi quddiesa fuq iz-zuntier tal-Parroċċa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Il-quddiesa kienet animata mill-band Footprints.
Dan iċ-Ċentru ġie rinovat permezz ta’ ġbir ta’ fondi miż-żgħażagħ tal-grupp Tiberja Youths matul l-aħħar għaxar xhur u se jibda jintuża għall-bżonnijiet taż-żgħażagħ tal-Parroċċa.
Il-grupp Tiberja Youths jilqa’ żgħażagħ u adoloxxenti minn 12-il sena ‘l fuq.
Filmat: Tiberja Youths fuq info@newsbook.com.mt