Filmat: Eurovision 2019: Il-pajjiżi l-kbar bl-ewwel provi

Ritratt: Andres Putting

Wara li 11-il pajjiż miż-żewġ semi finali tal-Eurovision Song Contest aktar kmieni matul il-ġurnata għamlu t-tieni provi tagħhom għall-Eurovision Song Contest, tard wara nofsinhar illum saru wkoll l-ewwel provi tal-ħames pajjiżi l-kbar kif ukoll tal-Iżrael, bħala l-pajiiż li qed jorganizza l-avveniment ta’ din is-sena.

Nhar il-Ħadd filgħodu, dawn l-istess pajjiżi se jkunu qed jagħmel it-tieni prova tagħhom, biex b’hekk kull pajjiż parteċipant ikun għamel iż-żewġ provi tiegħu qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċċjali tal-Eurovision li se ssir il-Ħadd filgħaxija fit-teatru nazzjonali tal-Iżrael.

Intant, għada s-Sibt 11 ta’ Mejju, filgħodu, Michela Pace se tkun qed terġa titla’ fuq il-palk tal-Eurovision biex tagħmel ukoll it-tieni prova tagħha.

Intant, għal dawk li qd isegwu l-andament tal-provi ġewwa Tel Aviv, fl-Iżrael, hawnhekk issibu l-filmati tal-ewwel provi tal-Iżrael u tal-ħames pajjiżi l-Kbar:

Iżrael: Kobi Marimi – Home

Franza: Bilal Hassani – Roi

Spanja: Miki – La Venda

Renju Unit: Michael Rice – Bigger Than Us

Ġermanja: S!isters – Sister