Filmat: €50 ġdida min-nhar it-Tlieta

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) ħabbar li minn nhar it-Tlieta se tibda tiċċirkola karta tal-€50 ġdida.
Fi stqarrija l-ECB qal li dan se jservi ta’ pass ieħor biex tkompli tiżdied is-sigurtà fuq il-karti tal-flus.
Skont l-ECB il-karta tal-€50 hi l-iktar karta bankarja li tintuża.
Biex wieħed jivverifika li l-karta l-ġdida hi awtentika jista jpoġġiha kontra d-dawl u jafferma dan jekk jara tieqa trasparenti ħdejn l-ologramma.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=wa-4ldnRNfY]