Filmat: Erġa’ isma’ lil Norbert Bondin

Norbert Bondin ilbieraħ saħħar kemm lill-ġurija kif ukoll lin-nies id-dar, bl-interpretazzjoni tiegħu tal-kanzunetta ‘Say Something’ ta’ Cristina Augliera u l-grupp Great Big World.
Fuq il-program All Together Now li jixxandar fuq BBC One, Bondin introduċa ruħu bħala persuna li jtemtem, iżda meta beda jkanta t-temtim telaq għal kollox.
Il-kompetizzjoni tinkludi li wieħed ikanta quddiem ġurija ta’ 100 persuna mill-industrija tal-mużika. Fosthom insibu lill-eks Spice Girl, Geri Halliwell. Huwa rrexxielu jirbaħ 92 qalb minn 100, b’Halliwell tiddeskrivi l-wirja tiegħu bħala stupenda.
Sfortunament dan ma kienx biżżejjed għax Jodie Steele, bl-interpretazzjoni tagħha ta’ 'I wanna dance with somebody', ġabet 97 vot mingħand il-ġurija, u marret dritt għall-finali.
Sentejn ilu, Norbert Bondin ħa sehem fl-auditions tal-program popolari Britain's Got Talent.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=-7JAjeSwvJY]
Ritratt: Facebook