Filmat: Erġa’ għix il-mumenti sbieħ tal-kunċert ta’ Joseph Calleja u Andrea Bocelli

Read in English.

It-tenur Malti Joseph Calleja flimkien mat-tenur Andrea Bocelli u l-kantanti Ira Losco, Michela Pace and Nicole Frendo, taw prestazzjoni mill-isbaħ il-bieraħ fil-għaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.

Jattendu dan il-kunċert, li sar appuntament annwali, kien hemm madwar 15,000 persuna.

Waqt il-kunċert tal-bieraħ, reġa spikka t-talent ta’ Calleja li wera’ il-kapaċitajiet tiegħu  bħala artist li interpreta mużka ta’ ġeneri differenti.

Bocelli saħħar lill-pubbliku fejn kanta bosta mill-kanzunetti popolari mir-repertorju tiegħu waqt il-kunċert, fosthom ‘Con te Partirò’.

L-affinità bejn Calleja u Bocelli spikkat matul il-kunċert, żewġ artisti li ġejjin mill-istess ġeneru mużikali u li paxxew lill-udjenza bid-dwetti tagħhom.

Jekk għandek ritratti jew filmati mill-kunċert ta’ Joseph Calleja u Andrea Boccelli tista’ tibgħathom fuq info@newsbook.com.mt

Ritratti: Marin Babanov