Filmat: Enya Magri tniedi Safe Haven; Kienet rappreżentat lil Malta fiż-Zecchino D’Oro

Ritratt: Kris Micallef

10 snin ilu, Enya Magri saret magħrufa fuq livell nazzjonali wara li ntgħażlet
biex tirrapreżenta lil Malta fit-52 edizzjoni taż-Zecchino d’Oro, wieħed mill-aktar
festivals prestiġġjużi għat-tfal. 10 snin wara Enya reġgħet lura hekk kif għadha kemm
nediet il-kanzunetta debutt tagħha, bl-isem ta’ “Safe Haven”.

B’lirika ta’ Jody Magri, u mużika/produzzjoni ta’ Cyprian Cassar, “Safe Haven” għandha ħoss ta’ perkussjoni partikolari, apparti li faċli tingħaraf minħabba ċerti ħsejjes li jservu tajjeb għal kanzunetta ta’ stil pop modern.

Dwar il-kollaborazzjoni, Enya qalet li “kienet diffiċli li naħdem m’oħti, imma hi tafni
aktar minn ħaddieħor u għaqdet sett lirika inkreddibli, li mhux biss kienet addatata mal-mużika iżda wkoll mal-produzzjoni spettakolari ta’ Cyprian.

Filwaqt li żiedet li hi “ma xtaqitx mod ieħor għall-kanzunetta debutt tagħha, u li hija kuntentissima li għaqdet dan it-tim flimkien.”

Il-kantanta ta’ 17-il sena rrikordjat ukoll vidjow mużikali ta’ “Safe Haven”, bi produzzjoni ta’ Matthew Muscat-Drago.

“Safe Haven” hija disponibbli għall-istrimjar u/jew xiri fuq diversi pjattaformi diġitali
ewlenin fosthom, iżda mhux limitati għal: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon, u
iTunes taħt il-kappa tad-dar tad-diski, CAP-Sounds.