Filmat: “Emozzjonanti li tara l-poplu magħqud f’daqqa” – Prof. Gauci

Grazzi lill-Eroj Tagħna.

Fit-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna tidwi kelma waħda.Grazzi.🇲🇹

Posted by Covid19 Malta on Friday, March 27, 2020

Waqt l-edizzjoni tal-bieraħ tal-programm Xarabank intwera filmat bħala ringrazzjament għall-ħidma tat-tim kollu li qed jaħdem biex jgħin lill-poplu Malti f’dan il-mument. Dan it-tim jinkludi dak mediku, il-pulizija, is-suldati, id-Dipartiment tat-Tindif u ħafna oħra li qed jaħdmu biex iħarsu s-sigurtá tagħna.

“Emozzjonanti li tara l-poplu maqgħud f’daqqa,” ikkummentat il-Prof. Charmaine Gauci wara li rat il-filmat għall-ewwel darba u kompliet tikkummenta li l-akbar grazzi tkun li nsegwu r-rakkomandozzjonijiet li qed jingħataw biex li ma nxerrdux il-virus lil xulxin.

Hi kompliet tgħid li fiċ-ċirkostanzi preżenti kulħadd jista’ jieħu l-virus.

“Jiena ninkwieta li jekk nieħu l-virus ma nkunx nista’ nkun fuq il-forefront mat-tim tiegħi għax ma nkunx nista’ nkun f’kuntatt dirett ma’ persuni oħra. Però jekk tiġri xorta se nkun qed naħdem mill-kwarantina,” kompliet tgħid hi.

Il-produzzjoni awdjoviżiva ppubblikata mill-Gvern ilbieraħ filgħaxija hu magħmul minn filmati ta’ ringrazzjament min-nies biex jirringrazzjaw lill-eroj f’Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn