Filmat: Emma tisma’ leħen missierha u tinfaqa’ tibki

Emma Muscat crying

Wara xhur twal mingħajr ma tara lil familtha, missier Emma Muscat ingħaqad f’kollegament bit-telefown magħha waqt il-programm Amici. Malli semgħat il-vuċi tiegħu, it-tfajla Maltija nfaqgħet tibki u tgħidlu li qed timmisjaħ.
Missier Emma qalilha li jinsab ferm kuntent bis-suċċess tagħha fil-kompetizzjoni u sostna li m’għandiex għalfejn tibża’.
Emma staqsiet ukoll dwar ħuha, Kurt li għadu kemm għamel l-eżamijiet tal-O-levels.