Filmat: Emma tgħaddi għall-finali ta’ Amici

Emma Muscat

Wara sfida kontra sfida, Emma Muscat, il-kantanta Maltija li rnexxiela tikseb suċċessi kbar fl-Italja, għaddiet għall-finali ta’ Amici 2018.
Fl-aħħar esibizzjoni, Emma u Einar, kellhom sfida kontra xulxin, liema sfida setgħet twassal għall-eliminazzjoni ta’ wieħed minnhom.
Madanakollu il-voti tal-ġurija wasslu sabiex isalvaw it-tnejn li huma hekk kif ġabu propju erba’ voti kull wieħed. Eżattament kif kien ġara xi ġimgħat ilu fl-isfida li Emma kellha kontra r-rivali tagħha Carmen.

F'waħda mill-isfidi, Emma kantat il-kanzunetta Halo ta' Beyoncè. Il-prestazzjoni tagħha ħalliet lil kulħadd immeraviljat bit-talent tagħha.
Il-finali ta’ Amici se jsir fit-2 ta’ Ġunju, jiġifieri nhar is-Sibt li ġej fuq Canale 5.