Filmat: Emma se tiġi eliminata?

Fil-programm ta’ Amici tas-Sibt li ġej, Emma Muscat u Carmen se jkunu qed jisfidaw lil xulxin, bil-verdett finali jfisser l-eliminazzjoni ta’ waħda minnhom.
Dan wara li Rudi Zerbi, wieħed mill-għalliema tal-kant ippropona din l-isfida wara li sostna li ż-żewġ kantanti huma wisq simili u m’għandux ikun hemm it-tnejn li huma fil-kompetizzjoni.
Il-kantanta Maltija qalet li tinsab inkwetata minħabba l-isfida li għamel Rudy Zerbi bejna u bejn Carmen.