Filmat: Emma Muscat tinki s-segwaċi tagħha

Se questo video raggiunge 30k commenti, posterò lo spoiler di ‘Turn Back Time’ questo venerdì 😏

Posted by Emma Muscat on Wednesday, April 1, 2020

Il-kantanta Emma Muscat bħalissa qed tinki xi ftit lis-segwaċi tagħha permezz tal-midja soċjali fuq Facebook u Instagram fejn qed turi li għandha materjal ġdid u hija lesta li taqsmu mal-fans tagħha,

Permezz tal-filmat tagħha hija qed tgħid li jekk tilħaq it-30 elf kumment taħt il-post tagħha sa għda l-Ġimgħa, se tkun qed twassal biċċa mill-kanzunetta l-ġdida tagħha Turn Back Time.

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-kanzunetta ġdida ta’ Emma Muscat idħol fil-paġna ta’ Facebook tagħha u ħalli kumment taħt il-filmat.