Filmat: Emma Muscat tgħaddi għas-Serale f’Amici

Il-kantanta Maltija Emma Muscat għaddiet għas-Serale f'Amici, il-fażi finali tal-kompetizzjoni tal-kant fl-Italja.
Emma Muscat rebħet id-dritt li tilbes il-flokk l-aħdar li jfisser li issa se tkun qed tikkompeti f'din il-fażi li jmiss.
Issa l-kantanti u ż-żeffiena se jkunu qed jiżfnu u jkantaw fi sfidi kontra xulxin. Il-kantanti jibdew jinqalgħu sakemm tasal is-serata finali biex jinstab ir-rebbieħ.