Filmat: Emma ma’ ommha qabel jerġgħu jinfirdu

Wara l-programm ta nhar il-Ħadd li għadda, omm Emma Muscat marret ħdejha fid-dar ta’ Amici sabiex jitkellmu, ftit qabel ma jerġgħu jinfirdu sabiex Emma tkompli l-avventura tagħha f’Amici.
Rosanna Muscat għamlet sorpriża lil Emma waqt il-programm, wara li poġġiet f’siġġu ta’ wieħed mill-ġurija.
Waqt il-ħin qasir li kellhom flimkien wara l-programm, omm Emma qaltiltha li tinsab kuntenta mmens biha u minkejja li jħossu n-nuqqas tagħha, jinsabu ferm kburin li jaraw lil binthom ġimgħa wara ġimgħa tagħmel aktar suċċessi.
Ommha kompliet tgħidilha kliem ta’ kuraġġ u sabiex ma taqtax qalbha hekk kif kemm huma kif ukoll il-poplu Malti jinsab warajha.