Filmat: Eluf joħorġu jiċċelebraw San Patrizju

Eluf ta’ persuni nġabru f’San Ġiljan biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Patrizju.

Il-festa tal-qaddis u l-patrun tal-Irlanda tiġi ċċelebrata fis-17 ta’ Marzu fil-ġurnata li huwa maħsub li miet. Kemm fl-Irlanda kif ukoll fl-Irlanda ta’ Fuq jum San Patrizju hi festa pubblika. Filwaqt li diversi Irlandiżi li jgħixu barra minn pajjiżhom jiċċelebraw din il-festa.

San Patrizju għex fil-ħames seklu u kien missjunarju u isqof tal-Irlanda.

F’Malta għal dawn l-aħħar snin din il-festa wkoll kisbet popolarità u ħafna jmorru San Ġiljan fejn bi skuża ta’ San Patrizju jixorbu birra jew tnejn.

Iktar kmieni l-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg, talab lil dawk kollha li ħerġin jiċċelebraw biex jirrispettaw lir-residenti ta’ San Ġiljan f’kitba fuq Facebook.