Filmat: Eluf joħonqu t-toroq fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin ħonqu t-toroq tal-lokalitajiet tagħhom huma u jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-passjoni ta’ Ġesù Kristu permezz tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ġesù, il-Madonna u l-Appostli, ir-Rumani, il-Lhud, is-suldati u tal-ktajjen: dawn kollha sabu ruħhom lebsin l-ifjen ilbies fil-purċissjonijiet diversi lbieraħ. Fost il-purċissjonijiet l-iżjed imsemmija u li spikkaw kien hemm taż-Żejtun, ta’ Ħaż-Żebbuġ u tal-Mosta f’Malta, u tar-Rabat, tan-Nadur u taż-Żebbuġ f’Għawdex.

Filmat tal-purċissjoni fil-Belt Valletta:

https://www.facebook.com/tascity/videos/10161550707975177/

Qabel il-purċissjoni fil-Belt Valletta, l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa funzjoni liturġika fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, li fiha ħeġġeġ lin-nies biex jaraw ix-xbieha ta’ Ġesù fil-ħabsin u fil-morda.

Filmat: Ix-xbieha ta’ Ġesù fil-morda u fil-ħabsin ukoll – l-Arċisqof

F’Ruma, il-Papa Franġisku mexxa l-Via Crucis annwali, li fiha talab b’mod speċjali għas-slaleb li jinġarru llum, mill-anzjani, mill-immigranti, mill-foqra u l-magħkusin, u mill-morda.

 

Filmat ta’ Easter in Gozo