Filmat: Eluf jimxuha tul il-lejl biex il-ħolma ta’ Puttinu tibqa’ ħajja

Eluf ikkonkorrew għall-mixja li saret tul il-lejl li għadda biex jiġi megħjun Puttinu.
Jista' jingħad li dil-mixja, idea ta' Joe Vella, ittimbrat ruħha fil-kalendarju tal-poplu Malti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, li mbagħad iwasslu għall-akbar festa tal-Knisja fid-dinja, l-Għid Imqaddes.
Għal dawn l-aħħar xhur, Puttinu intefa' fi vjaġġ sabiex jibni appartamenti fiċ-ċentru ta' Londra sabiex il-pazjenti jkunu eqreb lejn l-isptarijiet u jiffarnkaw l-iskariġġi.
Huwa proġett ambizzjuż li jtaffi mill-uġigħ ta' min ikun qed jieħu l-kura.
Il-vjaġġ ma' Puttinu dal-lejl beda mill-Mellieħa sal-Isla, iżda jkompli llejla fuq Xarabank.
Puttinu ċert li l-poplu se jkompli jterraq miegħu.