Filmat: Eluf jilqgħu s-sena l-ġdida mill-Belt Valletta

Minn tal-inqas 75,000 persuna sellmu lill-2016 u laqgħu lill-2017 mill-Belt Kapitali Valletta.
Iċ-ċelebrazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ kienu mingħajr ħlas u għal darb’oħra ħafna għażlu li jilqgħu s-sena l-ġdida mill-Belt Valletta.
Bħas-snin ta’ qabel, studenti mill-MCAST ħadu ħsieb li jagħmlu projezzjonijiet bid-dawl li taw atmosfera stupenda.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kienu frott is-sinerġija bejn diversi entitajiet kemm governattivi fis-setturi tal-kultura u tat-turiżmu, kif ukoll is-settur privat.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Kultura qal li dawn l-attivitajiet huma biss togħma żgħira mill-ħidma li qed issir mill-Fondazzjoni 2018 hekk kif fi żmien tnax-il xahar ieħor, il-belt kapitali tagħna se tieħu t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
 
Ritratt: Valletta 2018