Filmat: Eluf fl-Iraq ibatu l-ġuħ u l-għatx u jridu l-għajnuna

Suldati Kurdi qed jgħabbu diversi provisti ta’ ikel u xorb fuq ħelikopter biex iwassal il-provisti fil-muntanja Shingal fl-Iraq. Bħalissa fuq il-muntajna hemm eluf ta’ persuni maqbuda wara li rnexxilhom jaħarbu mill-militanti u terroristi tal-ISIS.
Din l-għajnuna qed tkun provduta minn organizazzjoni tal-karità, b’militanti tal-ISIS diġa ppruvaw jwaqqgħu dan il-ħelikopter iżda dawk fil-ħelikopter irreżistew b’aktar armi tan-nar.
Hekk kif il-ħelikopter deher imiss l-art, diversi persuni ġrew minn kull direzzjoni, bil-għan li jingħataw l-għajnuna umanitarja.
Mal-100,000 persuna jinsabu maqbuda fuq din il-muntanja u jinsabu preokkupati bin-nuqqas ta’ ikel u xorb filwaqt li dejjem jittamaw li taslilhom l-għajnuna urġenti u li hi tant bżonnjuża.
Madanakollu, kienu biss 20 persuna li rnexxilhom jitilgħu fil-ħelikopter u b’hekk dawn evitaw il-mewt bil-ġuħ jew mis-suldati tal-ISIS.