Filmat: Eliana b’kanzunetta dwar il-ħbiberiji u l-memorji

Eliana Gomez Blanco llum nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Evening Star li titratta dwar il-ħbiberiji u l-memorji li jinħolqu minn filgħodu sa maeta tinsel ix-xemx.

Il-lirika, mużika u produzzjoni tal-kanzunetta huma ta’ Eliana Stess u l-kanzunetta nħadmet fir-recording studio tagħha stess, Eliana’s Studio.

Għall-kantanta ta’ 15-il sena din hija t-tieni kanzunetta li hija kitbet wara li ħadet sehem fil-Junior Eurovision tal-2019 bil-kanzunetta We Are More. F’April hija kienet ħarġet il-kanzunetta Storms Run Out of the Rain.

Filwaqt li Eliana bħalissa qed taħdem u tirsisti biex tkompli tikteb aktar kanzunetti, hija qed tkompli wkoll bl-impenn tagħha biex issaħħaħ ir-recording studio li llum qed tuża biex tipproduċi kemm kanzunetti tagħha kif ukoll ta’ oħrajn li jkunu jridu jaħdmu magħha.

Nawgurawlha aktar suċċessi!