Filmat: Eliana bit-tieni prova llum wara nofsinhar

Ritratt: Thomas Hanses

Fil-Polonja jkomplu l-preparamenti għall-finali tas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru.

Kif tafu Malta se tkun rappreentata minn Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta We Are More.

Nhar it-Tlieta filgħodu, il-kantanta Maltija ta’ 14-il sena tat l-ewwel prova tagħha fuq il-palk fl-arena fi Gliwice fil-Polonja.

AQRA: Filmat: L-ewwel prova ta’ Eliana

Wara li lbieraħ kienet ġurnata ta’ mistrieħ għall-grupp li għamel il-provi tiegħu nhar it-Tlieta, illum il-Ħamis Eliana mistennija tagħmel it-tieni prova tagħha għall-ħabta tat-3.30pm.

It-tieni prova ta' Eliana Gomez Blanco
Ritratt: Thomas Hanses

Minn għada l-Ġimgħa 22 ta’ Novrmbru se tiftaħ l-ewwel fażi tal-votazzjoni onlajn. Aħna l-Maltin se nkunu nistgħu nivvutaw għal-pajjiżna.