Filmat: Elezzjoni ġenerali “fi ftit tax-xhur” – Il-Ministru Camilleri

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ta x’jifhem li l-elezzjoni ġenerali jaf hi fil-qrib.

F’intervista fuq ONE TV, il-Ministru qal li l-elezzjoni ġenerali hi “fi ftit tax-xhur, mhux aktar minn sentejn oħra.”

Osservaturi tal-politika li ġew ikkuntattjati minn Newsbook.com.mt qalu li din donnha kienet lapsus min-naħa tal-Ministru, partikolarment peress li t-tbassir ta’ elezzjoni “fi ftit xhur” donnu kien iddettat minn data li hi l-limitu legali tal-leġiżlatura.

L-ispekulazzjoni fuq il-possibbiltà ta’ elezzjoni bikrija kompliet tikber fl-aħħar ġranet, minħabba rapporti tal-koptjar tal-MEP Miriam Dalli għas-siġġu parlamentari tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Ħassieba politiċi qegħdin iħarsu lejn il-prestazzjoni ekonomika li marret lura dan l-aħħar, speċjalment minħabba l-coronavirus, u jispekulaw li din hi raġuni oħra għaliex elezzjoni taf tkun fil-qrib.

Il-Prim Ministru Robert Abela kemm-il darba ċaħad li hu għandu fi ħsiebu li jsejjaħ elezzjoni ġenerali kmieni.