Filmat: Elena għalxiex tiskuża ruħa ma’ Karla?

Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li jixxandar fid-8.50pm fuq TVM, se naraw min mar id-dar ta’ Sefora u ta’ Ċetta. Xi jrid mingħandhom?

Illum insiru nafu min kien bagħat għal Sergio biex imur jiltaqa’ miegħu… x’qallu xħin wasal u għaliex l-aħbar li tah ħasdietu? X’qallu fuq Giuseppe… u Sergio emmnu jew le? Għaliex Ġużi qed tibża’… x’ġaralha?

Salvatore mar ifittex lil Sergio biex ikellmu… dwar xiex? U Sergio x’għamel? Elena marret iżżur lil Karla… għaliex skużat ruħha? X’ġara meta Salvatore mar jara lil Karla?… x’qalilha u hi x’għamlet?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni ta’ din il-puntata tixxandar il-Ħadd fil-11.30pm fuq TVM2. L-episodju li jmiss wara tal-lejla se jkun qed jixxandar it-Tlieta 3 ta’ Novembru.