Filmat: “Ejjew warajja.” Għaliex ftit iwieġbu?

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-kantanta Debbie Scerri.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew.

Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.