Filmat: “Ejjew insejsu l-kultura Maltija fuq l-għażliet it-tajba”

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ph3TGDF0nts]

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech enfasizzaw il-ħtieġa li l-kultura Maltija tissejjes fuq għażliet li huma tajbin.
Dan il-messaġġ, fost l-oħrajn, wassluh fl-Ittra Pastorali għar-Randan, u l-messaġġ siltuh mill-esperjenza tat-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq il-Muntanja Tabor.
Permezz ta’ din l-Ittra Pastorali l-Isqfijiet qed jistiednu lill-poplu ta’ Alla f’dawn il-gżejjer, biex fid-dawl tat-Trasfigurazzjoni, jixtarr s‑sejħa biex jgħix ħajja tajba u sabiħa, bħalma Ġesù deher fis-sbuħija kollha tiegħu fuq it-Tabor.
Mons. Scicluna u Mons. Grech irrikonoxxew ukoll is-sbuħija tal-Belt Valletta, proprju dis-sena li hi Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, li jqisuha wkoll bħala sejħa għall-poplu biex jgħożż dak li hu tajjeb u sabiħ.
“Aħna u niċċelebraw il‑kultura Mediterranja tagħna fil‑qafas tal‑kultura Ewropea, aħna nifirħu wkoll bis‑sejħa li kellna sa mill‑bidu nett tax‑xandir tal‑Evanġelju li nkunu wlied id‑dawl, li nkunu msaħħrin bis‑sbuħija ta’ Ġesù, ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, li fil‑Ġimgħa l‑Kbira jagħti ħajtu għalina u fl‑Għid il‑Kbir jirxoxta għalina”, tkompli l-Ittra Pastorali.
Ittemm bl-istedina għall-poplu biex jisma’ u jgħix il-Kelma t’Alla. L-Isqfijiet jappellaw lill-poplu biex jipprova jħaddem dak li jisma’ minn dil-kelma, għax meta xi ħaġa ma tħaddimhiex, tibred minnha.
Għat-tfal, hawnhek tista' taċċessa l-Ittra Pastorali ppreparata apposta għalihom.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=_jseArWaL1w]
Minn hawnhekk tista' tara l-messaġġ tal-Isqfijiet bil-lingwa tas-sinjali:

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=U_4UZDnarxc]
Jekk trid taqra l-Ittra Pastorali sħiħa, bil-Malti jew bl-Ingliż, ara hawn taħt: