Filmat: Edward Abdilla wkoll jispiċċa fuq X Factor Global

Wara li l-ġimgħa l-oħra kienet Justine Shorfid li spiċċat bl-audition tagħha fuq X Factor Global, din l-istess xorti wkoll misset lil Edward Abdilla, li bħal Justine, deher fl-ewwel progarmm tat-tieni staġin ta’ X Factor Malta.

Edward għandu 30 sena u l-istorja tiegħu qanqlet ħafna emozzjonijiet meta tkellem dwar ommu li mietet fl-età ta’ 58 sena.

Il-filmat tiegħu fuq YouTube diġà rawh aktar minn 8,300 darba u bla dubju li ħafna aktar se jsegwuh dan il-filmat issa li l-audition tiegħu spiċċat fuq l-X Factor Global.

Il-programm X Factor ikompli b’aktar auditions nhar il-Ħadd li ġej.

Ir-rebbieħ minn din l-edizzjoni se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam fl-Olanda.