Filmat: “Edel kienet tgħin lil morda anke meta marida”

Għawdex u dawk kollha li kienu jafuha jinsabu mnikkta bil-mewt tas-Supretendent Edel Mary Camilleri. Newsbook.com.mt tkellem mal-Arċipriet Mons. Karm Refalo, li kien jaf lil Edel mill-qrib.

Mons. Karm Refalo qal kif il-midja soċjali uriet kemm Edel kellha valuri u kif għexet f’familja li rawmitha biex tkun persuna ta’ servizz u  qalbha tajba.

Saħaq kif Edel għallmitu li allavolja timrad, hemm mod kif taffaċċja l-mard u kien impressjonat kemm kien jaraha impenjata biex tgħin lil ħaddieħor meta hi kienet marida.

“Kull tbatija li kellha, anke meta kienet ssoffri, kienet toffriha għall-għaqda biex ikun hawn iktar imħabba.” qal Mons. Refalo.

Huwa temm jgħid li Edel ħaddnet id-diffikultà u ppruvat tissuperaha bit-tama li jista’ jkollu kull bniedem maqgħud ma’ Kristu.

Il-funeral tagħha se jsir illum fl-4pm, fil-Knisja tax-Xagħra.