Filmat: Ebda lok ta’ allarm; m’hemmx każi serji – Abela

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li m’hemmx lok għall-allarm u li m’hemmx każi serji meta kien mistoqsi dwar il-ħsibijeit tiegħu fid-dawl taż-żieda ta’ każi ta’ COVID-19 f’Malta.

Abela qal lil Newsbook.com.mt li waħda mill-punti ewlenin li ġew diskussi waqt il-laqgħa tal-Kabinett tal-lum kienet is-sitwazzjoni attwali b’rabta mal-COVID-19. Qal li l-prijorità għandha tkun is-saħħa tal-poplu.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li skont ma ġara bejn Marzu u Ġunju, wieħed jista’ jipprevedi li se jkun hemm mewta għal kull 75 każ fi żmien erba’ u sitt ġimgħat.

Il-PM qal li m’hemm ebda lok għall-allarm u li m’hemmx każijiet serji. Qal li l-Maltin iridu jadattaw għall-ħajja bil-coronavirus. Qal li dan żgur irid isir għallinqas sakemm ikun hawn vaċċin – ħaġa li mhix garantita. Spjega li s’issa l-poplu Malti aġġusta b’mod tajjeb.

Illum Malta reġistrat 29 każ ġdid ta’ coronavirus.

L-aġenzija għas-saħħa tal-Unjoni Ewropea sejħet fuq numru ta’ Stati Membri li qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta’ coronavirus biex jerġgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll, filwaqt li wissiet dwar “ritorn reali” tal-virus f’diversi pajjiżi.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostniet li skont ma ġara bejn Marzu u Ġunju, wieħed jista’ jipprevedi li se jkun hemm mewta għal kull 75 każ fi żmien erba’ u sitt ġimgħat. i stqarrija, il-MAM qalet li n-numru tal-każi tal-coronavirus qed jiżdidu b’mod allarmanti hekk kif parties u avvenimenti tal-massa baqgħu jitħallew isiru.

Filmat: Miguela Xuereb
Ġurnalista: Amy Borg