Filmat: €1.8 miljun mill-Gvern għall-Fondazzjoni Dar San Ġużepp

Il-Gvern alloka €1.8 miljun f’fondi għall-Fondazzjoni Dar San Ġużepp, dar li tieħu ħsieb lis-subien li jkunu qed jaffaċċjaw ċertu sfidi.

Fi stqarrija l-Ministeru għad-Drittijiet tat-Tfal qal li ġedded ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Dar San Ġużepp.

Intqal li l-ftehim se jkopri finanzjament ta’ €1,757,475 fuq medda ta’ tliet snin, bil-gvern iħallas medja ta’ €107 fuq kull sodda kuljum.

Il-Ministeru spjega li l-Fondazzjoni Dar San Ġużepp tagħmel ċert li tagħti ħajja normali lil dawn is-subien, li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi fi stadju sensittiv tat-tfulija u l-adoloxxenza. Il-Fondazzjoni tipprovdi wkoll għajnuna psikoloġika, soċjo-legali u edukazzjoni fit-tul fost oħrajn lil dawn is-subien.