Filmat drammatiku jaqbad Pulizija ssalva raġel b’wheelchair minn ferrovija

Amazing body cam video of police officer Erica Urrea of Lodi (CA) Police Department, saving an elderly man who had his wheelchair stuck in a train track. #BacktheBlue

Posted by ForAmerica on Thursday, August 13, 2020

Filmat drammatiku li juri uffiċjal tal-Pulizija Amerikan issalva raġel b’siġġu tar-roti li weħel fuq il-binarji tal-ferrovija spiċċa viral fuq il-midja soċjali.

Ir-raġel weħel bis-siġġu tar-roti fuq il-binarji tal-ferrovija hekk kif ferrovija nzertat kienet ġejja b’veloċità qawwija.

L-uffiċjal lemħet lir-raġel f’diffikultà f’Sacramento f’California l-Erbgħa filgħodu.

Il-filmat tal-bodycam tal-uffiċjal juri l-uffiċjal, li qed tkun meqjusa bħala eroj, toħroġ bl-għaġġla mill-karozza tagħha u tiġri lejn ir-raġel li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jaqsam it-triq b’siġġu tar-roti.

Hekk kif is-siġġu tar-roti baqa’ mweħħel u l-ferrovija kienet ġejja b’veloċità kbira, l-uffiċjal qabdet ir-raġel u mbuttatu minn fuq is-siġġu bl-eżatt hekk kif il-ferrovija għaddiet minn fuq il-binarji u għaffġet is-siġġu tar-roti.