Filmat: Dokumentarji dwar l-istorja tal-moda f’Malta

Minn għada l-Erbgħa, fuq l-istazzjon One fit-8.30pm se tibda tixxandar sensiela ta’ dokumentarji bl-isem ta’ Moda: L-Istorja.

Sharp Shoot Media se jwasslu din is-sensiela dwar l-istorja tal-ilbies mis-seklu 18 sal-bidu tas-seklu 20 f’Malta.

Se naraw kif il-familji tat-tajjeb dejjem żammew mal-moda tal-mument u naraw il-gosti ta’ lussu fl-ilbies taghhom. Se nharsu wkoll lejn l-ilbies popolari tal-kumplament tas-socjeta’ ta’ Malta.

L-ewwel episodju – L-ilbies fil-pitturi jiżvelaw x’kienu jħobbu jilbsu l-Maltin u minn fejn kienu ġejjin l-infuwenzi tal-moda.

Dan il-programm għandu riċerka ta’ Carloine Tonna bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura TV.

Id-direzzjoni artistika hija f’idejn Steven Dalli u Justin Farrugia.