Filmat: Dniefel jakkumpanjaw lis-Sindku tal-Għasri

Fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Għasri ħa ftit sigħat franki mix-xogħol tal-kunsill u mix-xogħol tiegħu ta’ avukat, biex jipprattika sport tal-baħar.
Ma’ Newsbook.com.mt, is-Sindku Daniel Attard qal li meta nhar is-Sibt tard wara nofsinhar, kien qiegħed ‘il barra mill-Ponta ta’ San Dimitri, bejn Wied l-Għasri u d-Dwejra, ra numru ta’ dniefel.
Qal li d-dniefel għamlu madwar nofsiegħa jduru miegħu u ddeskriva din l-esperjenza tiegħu bħala unika.
Is-Sindku tal-Għasri ħa din l-opportunità biex il-poplu Malti u Għawdxi jieħu ħsieb il-biodiversità rikka li għandna fl-ibħra Maltin.