Filmat: “Dmir tiegħi li nixhed f’Ateni” – Casa dwar Efimova

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa ħass li huwa d-dmir tiegħu li jixhed fil-qrati tal-ġustizzja f’Ateni.
Casa llum xehed quddiem il-Qorti Griega l-estradizzjoni tal-whistleblower Russa Maria Efimova.
Efimova kienet sors importanti għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia fl-investigazzjonijiet tagħha dwar ħasil ta’ flus mill-Bank Pilatus. 
Casa qal li fil-Qorti Griega huwa tkellem dwar l-aħbarijiet li qed joħorġu mill-ġurnalisti ta’ The Daphne Project fejn qal li dawn qed joħorġu aktar fil-beraħ il-każijiet ta’ korruzzjoni f’Malta.
Casa rrimarka li Efimova jeħtiġilha s-sigurtà u għalhekk qal li jekk tiġi Malta, s-sigurtà ma tkunx assigurata.
Ritratt: Reuters