Filmat: Diżinjaturi kontra mudelli

Nhar il-Ħadd li ġej fuq TVM Angie Laus se tippreżenta programm ieħor mis-sensiela Ħadd Għalik, li jixxandar minn 12.15pm ‘il quddiem.

Ħafna jagħtu l-kumplimenti lill-mudelli però fil-verità l-mudelli jidhru tajjeb għax warajhom ikollhom tim sħiħ jieħu ħsibhom, fosthom id-diżinjaturi tal-ħwejjeġ li jħitulhom l-ilbiesi. Jilagħbu mad-dizinjaturi tal-ħwejjeġ se jkollna nies li anki ġew msemmija fuq l-aqwa kotba tal-moda barranin. Waħda mill-mudelli fi ftit tal-ġimgħat oħra se titlaq kollox warajha, u tmur tgħix Milan bit-tama li tibda karriera professjonali tal-immudellar.

Ritratt: The Fotografer

Il-parteċipanti għal nhar il-Ħadd huma:

Ritratt: The Fotografer

Diżinjaturi tal-ħwejjeġ:  Herman Vassallo, Drew Warhurst, Marco Parascandolo, Fiona Vella

Mudelli: Nicole Ebejer, Katrina Pavia, Karly Naudi, Jake Busuttil.