Filmat: Diska għall-kampanja SHout

SHout nediet id-diska tal-kampanja tagħha kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Din id-diska hi kantata mill-mużiċisti Gianni Zammit, Nick Morales u ġiet imnedija llum fil-Belt Valletta bis-sehem tal-preżentatur tar-radju Frank Zammit.
Fl-attività, l-kantanti ġew intervistati minn Frank Zammit dwar l-involviment tagħhom għal din il-kampanja u lkoll qablu li l-mużika hija parti minnhom u dan huwa mezz kif jikkontribwixxu għal dak li jemmnu fih.
Id-diska hija cover version ta’ 'Shout' mill-grupp mużikali Tears for Fears, tinkludi lirika li twassal il-messaġġ 'spring hunting we can do without, vote no' (kaċċa fir-rebbiegħa nistgħu noqgħodu mingħajra, ivvota le).