​Filmat: Diska ġdida ddedikata liż-żgħażagħ

Robert G
[youtube https://www.youtube.com/watch?v=kzKSWS3UhRA]

Robert G ħareġ single ġdida li ġġib l-isem ta’ “It’s How We Grow”.
Il-kanzunetta hija ddedikata liż-żgħażagħ kollha madwar id-dinja u tgħidilhom li, pass pass, jaslu fejn jixtiequ.
Il-mużika u l-lirika huma miktubin minn Charles “Paletti” Muscat.
Robert G tfaċċa fix-xena mużikali fl-2012 bid-diska “Only On His Way”.
Fil-karriera mużikali tiegħu kanta ma’ diversi bands, u saħansitra kellu gig fiċ-Ċina.