Filmat: Diodato jirbaħ Sanremo

Il-kantant Diodato rebaħ is-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo bil-kanzunetta Fai Rumore. Irr-iżultat tħabbar tard bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd fis-2.30am u kien ippreżentat minn Amadeus.

Hu rebaħ żewġ premijiet oħra f-istess serata.

Fit-tieni post kklassifika Francesco Gabbani bil-kanzunetta Viceversa. Gabbani kien rebaħ dan il-festival fl-2017 bil-kanzunetta Occidentali Karma li biha rrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision ta’ dik l-istess sena.

Għad mhux magħruf jekk Diodato hux se jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest li jmiss. Ir-regoli ta’ dan il-festival jgħidu li jekk min jirbaħ Sanremo ma jkunx irid imur għall-Eurovision, l-istazzjon nazzjonali Taljan jagħmel għażla interna minn fost il-parteċipanti l-oħra.

Illejla waqt Sanremo tqassmu bosta premjijiet oħra minbarra l-premju rebbieħ. Dawn kienu:

Premio della Critica Mia Martina – Fai Rumore (Diodato)

Premio Lucio Dalla – Fai Rumore (Diodato)

Premio Sergio Bardotti – Eden (Rancore)

Premio Giancarlo Bigazzi – Ho Amato Tutto (Tosca)

Premio Tim Music – Viceversa (Francesco Gabbani)