Filmat: “Din l-esperjenza se tgħaqqadna aktar flimkien”

Il-grupp ta’ żeffiena ta’ Southville Dancers kienet waħda li attirat l-għajn waqt il-ħames programm tal-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Got Talent. Dawn iż-żeffiena mhux l-ewwel darba li dehru jieħdu sehem f’xi avvenimenti u anke fuq it-televiżjoni, fosthom waqt il-programmX Factor Malta.

L-etajiet taż-żeffiena jvarjaw bejn 21 u 33 sena.

Il-forte ta’ dan il-grupp hija l-enerġija u s-sinkronizzazzjoni.

“Din l-esperjenza se tgħaqqadna flimkien,” ikkummenta Christian li jmexxi dan il-grupp. B’hekk bl-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija is-Southville Dancers għamluha wkoll għall-fażi li jmiss.