Filmat: “Din it-talba għalik” – Briannah

Din it-Talba Ghalik - Briannah Caruana

F’dan iż-żmien bla preċedent li qed ngħixu fih, filwaqt li kulħadd mitlub li joqgħod f’daru, il-ħsieb tagħna jmur lejn dawk li qed jaħdmu lejl u nhar sabiex Malta u d-dinja kollha tgħaddi minn dan kollu, fl-inqas żmien possibli... Sadanittant hemm bliet fil-hemda mingħajr ħoss u attività, hemm toroq bla ruħ, bla kenn u rdoss... u min jaf kemm tfal hemm jistennew lill-ġenituri tagħhom jerġgħu jingħaqdu lura magħhom wara ljieli sħaħ il-bogħod minnhom...Illum qed nwassal din il-karba ta’ “tifla ċkejkna wara t-tieqa li qed tistenna, fuq ix-xwiek,” f’kanzunetta mill-isbaħ, b’mużika ta’ Gillian Attard u b’lirika ta’ Ivan De Battista, bil-filmat ta’ Gordon Farrugia u muntaġġ ta’ Myles Azzopardi, taħt id-direzzjoni vokali ta’ Gillian Attard u Jane Pace (La Voix Studios). Bi produzzjoni ta’ Somnio Studios.qed niddedika Din it-Talba Għalik... <3Briannah xx

Posted by Briannah Caruana on Friday, April 17, 2020

F’dan iż-żmien bla preċedent li qed ngħixu fih, filwaqt li kulħadd mitlub li joqgħod f’daru, il-ħsieb tagħna jmur lejn dawk li qed jaħdmu lejl u nhar sabiex Malta u d-dinja kollha tgħaddi minn dan kollu, fl-inqas żmien possibli. Sadanittant hemm bliet fil-hemda mingħajr ħoss u attività, hemm toroq bla ruħ, bla kenn u rdoss… u min jaf kemm tfal hemm jistennew lill-ġenituri tagħhom jerġgħu jingħaqdu lura magħhom wara ljieli sħaħ il-bogħod minnhom…

Huwa proprju waqt dan il-mument li Briannah Caruana għażlet li twassal din il-karba ta’ “tifla ċkejkna wara t-tieqa li qed tistenna, fuq ix-xwiek,” f’kanzunetta mill-isbaħ, b’mużika ta’ Gillian Attard u b’lirika ta’ Ivan De Battista, bil-filmat ta’ Gordon Farrugia u muntaġġ ta’ Myles Azzopardi, taħt id-direzzjoni vokali ta’ Gillian Attard u Jane Pace (La Voix Studios). Il-produzzjoni hija ta’ Somnio Studios.