Filmat: “Din is-sena t-tema hija prodotti lokali” – Norma Saliba

Din is-sena timmarka l-10 edizzjoni tal-ktieb Tisjir bil-Qalb b’risq il-Community Chest Fund. Għal din l-okkażjoni Norma Saliba titkellem ma’ Frederick Zammit waqt Nitfa Kultura biex taqsam bosta kurżitajiet dwar dak kollu li wieħed jista’ jsib f’dan il-ktieb.

Il-ktieb jinkiseb permezz ta’ donazzjoni u jinkludi menus sħaħ u anki xi xorb li wieħed jista’ jipprepara minn qabel.

Segwi din l-intervista biex tkun taf aktar dwar x’tip ta’ riċetti se ssibu f’dan il-ktieb.

Filmat u muntaġġ: Miguela Xuereb