Filmat: “Din is-sena kulħadd qiegħed fiċ-ċans li jirbaħ” – Eliana

F’din it-tielet parti tal-intervista ma’ Eliana Gomez Blanca, ir-rappreżentanta Maltija fl-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest, hija tistqarr li l-parteċipanti kollha ta’ din is-sena diġà saru  ħbieb permezz ta’ group chat li ħolqu bejniethom u li permezz tiegħu setgħu jikkomunikaw flimkien kuljum fl-aħħar ġimgħat.

Eliana se tkun qed tirrappreżenta lil Malta nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fl-edizzjoni li se ssir fil-Polonja u f’dan il-filmat narawha wkoll titkellem dwar xi festivals li ħadet sehem barra minn Malta.

Filmat : Malcolm Agius

Muntaġġ : Sarah Salafia